Marta Marta

Marta Marta

Regular price €20,00
/
Tax included.

Madre Dolorosa u Madre Immacolata Concetta huma ż-żewġ nisa anzjani li jmexxu Dar il-Pjaċir, binja ta’ xejra kumplessa bejn klawsura, cabaret u burdell, u fl-istess ħin post li joffri kenn u sigurtà għan-nisa li jgħixu magħhom. In-nisa jimlew il-ġranet b’passatempi raffinati u bil-kumpanija intelliġenti ta’ xulxin, jaqraw, jitħaddtu u jħejju għall-cabaret tal-Ġimgħa filgħaxija. Dakinhar l-irġiel prominenti tal-belt jattendu lejla artistika miżgħuda ritwali ta’ umiljazzjoni, eċċess orġastiku u dagħa performattiv. Marta Marta huwa rrakkontat minn ħames persunaġġi. Fosthom Nathaline li waslet Malta dal-aħħar u ġġib magħha fehim riġidu ta’ kif in-nisa għandhom jirrelataw.

Irrabjata li f’Malta l-abort għadu illegali fi kważi kull ċirkostanza. Il-preżenza tagħha hija l-katalist li jwassal biex id-differenzi ġenerazzjonali fil-fehim tan-nisa dwar il-femminiżmu jikkulminaw f’konklużjoni esplussiva.


edizzjoni komunitarja b’esejs ta’ fatima a.m., Raylene Abdilla u Davinia Hamilton

  • 416 paġna
  • soft cover

The Seller will send this product to you by registered mail

  • within 1 - 3 working days 

You'll receive the tracking number of the parcel by e-mail.

You may also like