Ittri lil Poeta Żagħżugħa

Ittri lil Poeta Żagħżugħa

Regular price €16,00
/
Tax included.

għażiża poeta,
nixtieq inħarbxek hawn
ħa nerġa’ nisma’ kliemek —


B’dan il-kliem, poeta veterana tibda tikteb lil poeta għadha żagħżugħa. L-ittri-poeżiji tal-poeta matura joħolqu manwal sentimentali tal-kitba billi jinkludu pariri letterarji u kummenti siewja dwar is-sengħa tal‐kitba, u jitkellmu dwar l-għejun tal‐ispirazzjoni: in-natura, il‐kotba, l‐imħabba lejn l-oħra. Hekk kif igerbu l-istaġuni mas-snin, l‐ittri-poeżiji jagħtu xhieda tar‐relazzjoni qatt bierda bejn iż-żewġ nisa poeti. Ittri lil Poeta Żagħżugħa huwa narrattiva poetika li tmiss il‐qalb, kultant anki taqsamha, hekk kif tiskopri xi jfisser li tara u tagħraf il-poeżija fl‐oħra.


Il-pubblikazzjoni ta’ Ittri lil Poeta Żagħżugħa hija megħjuna mill-Fond Malti tal-Ktieb 2026 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

  • 160 pages
  • soft cover

The Seller will send this product to you by registered mail

  • within 1 - 3 working days 

You'll receive the tracking number of the parcel by e-mail.