Marta-Marta by Loranne Vella

Marta-Marta by Loranne Vella

Regular price €15,00
/
Tax included.

by Ede Books

Marta Marta huwa rumanz polifoniku li jindirizza simbolikament temi u preokkupazzjonijiet ewlenin mill-ħajja kontemporanja Maltija. Fost dawn insibu kwistjonijiet bħas-sesswalità, il-femminiżmu, il-kontraċezzjoni, l-abort, kif ukoll dik tal-ġeneru fil-possibbiltajiet kollha tiegħu – f’pajjiż fejn għadha prevalenti l-eġemonija Kattolika u patrijarkali – bl-intenzjoni li dawn it-temi jiġu esplorati minn angolu lokali u permezz tal-lingwa Maltija nnifisha. Għaldaqstant, ir-rumanz jipprovdi s-sisien għal diskussjoni politika u kulturali li jsaħħu d-diskors dwar dawn il-kwistjonijiet f’Malta.

Filwaqt li Marta Marta huwa rakkont esperimentali, ir-rumanz jagħmel użu minn arketipi u aspetti kulturali li jixhdu l-identità Maltija – bħall-ikonografija reliġjuża – sabiex jikkuntestwalizza l-persunaġġi u t-trajjettorja tagħhom b’mod li jirnexxilu jiddiżorjenta u jissorprendi lill-qarrej minkejja l-familjarità. Marta Marta huwa, għalhekk, imkien mitoloġiku fejn jiddominaw it-teatralità, id-dekadenza u l-ħtieġa tal-inverżjoni, fejn id-drawwiet Maltin iċedu għal dissezzjoni, esplorazzjoni u trasformazzjoni.

Il-pubblikazzjoni ġiet iffinanzjata mill-Fond tal-Ktieb Malti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

  • Cover: Paperback
  • Language: Maltese
  • Format: 130 x 198 mm
  • Pages: 380 pages
  • Publisher: Ede Books, Malta, 2022

The Seller will send this product to you by registered mail

  • within 1 - 3 working days 

You'll receive the tracking number of the parcel by e-mail.

You may also like