{"product_id":"travi-tac-cedru-saqaf-tac-cipress","title":"Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress I Loranne Vella","description":"\u003cul\u003e\n\u003cli\u003eAuthor: Loranne Vella\u003c\/li\u003e\n\u003cli\u003eSoft cover\u003c\/li\u003e\n\u003cli\u003e144 pages\u003c\/li\u003e\n\u003cli\u003ePublished in 2026 by Aphroconfuso\u003c\/li\u003e\n\u003cli\u003e\n\u003cmeta charset=\"UTF-8\"\u003e\n\u003cspan class=\"sc\"\u003eISBN\u003c\/span\u003e 978-9918-9599-1-4\u003c\/li\u003e\n\u003c\/ul\u003e\n\u003cp\u003eF’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura s-snin ta’ ħajjitha, u s-snin kollha tal-ġnien li darha nbniet fuqu, sakemm dan ma jkunx biżżejjed u pass wara pass, riġlejha joħduha fuq pellegrinaġġ tul ix-xmajjar u qalb is-siġar u l-ħxejjex. \u003cem\u003eTravi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress\u003c\/em\u003e jirrakkonta t-tfittxija għall-maqdes u għall-masġar li ġie qablu, il-mixi fit-tul taħt id-dawl tax-xemx u tal-qamar hi u tfittex pajjiż il-Kukkanja ’l bogħod mill-bliet.\u003c\/p\u003e\n\u003cblockquote\u003eIrrid ngħallimni t-triq għall-ħelsien. Nerħi minn fuq spallejja għal mal-art sorra ħwejjeġ ma jiġunix u nimxi ’l hemm. Li nsib f’idi filgħodu rrid narah jaħrabli ftit ftit minn bejn is-swaba’ sa filgħaxija mingħajr tberrin li forsi l-għada se jirnexxili naħfen inqas jew xejn. Mix-xejn irrid insawwar festa. Inbattal u nwessa’\u003cspan class=\"pullsemi\"\u003e,\u003c\/span\u003e niftaħ għall-arja u nnaqqas mit-toqol. Il-ħafif aħjar mit-tqil, il-wisa’ aħjar mid-djuq, ħaġa nieqsa tferraħni iktar minn ħaġa żejda għax it-tbissim ma jimxix id f’id mat-tiġmigħ u l-ħżin. Ma rrid xejn ħlief il-ħelsien minn kollox. Ħielsa m’iniex, ilsira bla ma naf mit-twelid. Iderruni nibla’ s-semmtas-servitù sa ma nieqaf intiegħem l-imrar, minn jeddi nitlob għal iktar, nistħajjilni xxurtjata li għandi x’nixrob biex naqta’ l-għatx. Irrid ngħallimni nobżoq dil-morra, ngħallimni nfittex il-ħlewwa minflok. Irrid inqum u nitlaq. Inqum fuq saqajja u nimxi. Pass pass.\u003c\/blockquote\u003e\n\u003cp\u003e\u003cem\u003eTravi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress\u003c\/em\u003e huwa r-raba’ rumanz ta’ Loranne. Għal tnejn mir-rumanzi preċedenti tagħha, \u003cem\u003eRokit\u003c\/em\u003e u \u003cem\u003eMarta Marta\u003c\/em\u003e, rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cbr\u003e\u003c\/p\u003e","brand":"Aphroconfuso","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":53804743590221,"sku":null,"price":16.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/0374\/9730\/7268\/files\/LoranneVella_Aphroconfuso.png?v=1777458772","url":"https:\/\/il-lokal.com\/products\/travi-tac-cedru-saqaf-tac-cipress","provider":"il-lokal","version":"1.0","type":"link"}