{"product_id":"marta-marta","title":"Marta Marta","description":"\u003cp\u003eMadre Dolorosa u Madre Immacolata Concetta huma ż-żewġ nisa anzjani li jmexxu Dar il-Pjaċir, binja ta’ xejra kumplessa bejn klawsura, cabaret u burdell, u fl-istess ħin post li joffri kenn u sigurtà għan-nisa li jgħixu magħhom. In-nisa jimlew il-ġranet b’passatempi raffinati u bil-kumpanija intelliġenti ta’ xulxin, jaqraw, jitħaddtu u jħejju għall-cabaret tal-Ġimgħa filgħaxija. Dakinhar l-irġiel prominenti tal-belt jattendu lejla artistika miżgħuda ritwali ta’ umiljazzjoni, eċċess orġastiku u dagħa performattiv. Marta Marta huwa rrakkontat minn ħames persunaġġi. Fosthom Nathaline li waslet Malta dal-aħħar u ġġib magħha fehim riġidu ta’ kif in-nisa għandhom jirrelataw.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003eIrrabjata li f’Malta l-abort għadu illegali fi kważi kull ċirkostanza. Il-preżenza tagħha hija l-katalist li jwassal biex id-differenzi ġenerazzjonali fil-fehim tan-nisa dwar il-femminiżmu jikkulminaw f’konklużjoni esplussiva.\u003c\/p\u003e\n\u003cp\u003e\u003cbr\u003eedizzjoni komunitarja b’esejs ta’ fatima a.m., Raylene Abdilla u Davinia Hamilton\u003c\/p\u003e\n\u003cul\u003e\n\u003cli\u003e\n\u003cmeta charset=\"UTF-8\"\u003e \u003cspan\u003e416 paġna\u003c\/span\u003e\n\u003c\/li\u003e\n\u003cli\u003e\u003cspan\u003esoft cover\u003c\/span\u003e\u003c\/li\u003e\n\u003c\/ul\u003e","brand":"Aphroconfuso","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":55476235731277,"sku":null,"price":20.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/0374\/9730\/7268\/files\/MartaMarta_Aphroconfuso_il-lokal.png?v=1795440024","url":"https:\/\/il-lokal.com\/products\/marta-marta","provider":"il-lokal","version":"1.0","type":"link"}