{"product_id":"bur-mghez-i-omar-nshea","title":"Bur Mgħeż I Omar N'Shea","description":"\u003cp\u003eFi żmien il-pandemija, Omar N’Shea — Assirjologu li s-soltu jistudja l-kultura tal-Mesopotamja Antika — isib ruħu, bħal kulħadd idawwar ħarstu lejn l-ambjent ta’ madwaru. Kien sema’ b’sit Neolitiku, Bur Mgħeż, u daħħalha f’rasu li kellu jmur ifittxu. Dan is-sit kien instab f’barriera lejn l-Imqabba u għalkemm fl-ewwel snin tas-seklu għoxrin kienu ħadmu fuqu kemm Napuljun Tagliaferro kif ukoll Temi Zammit, illum jekk tmur tfittxu ma ssib xejn.\u003c\/p\u003e\n\u003cblockquote class=\"body-text\"\u003eBur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti. Mill-memorja tal-Imqabbin, fejn mhuwiex sit arkeoloġiku li kellu okkupazzjoni ristretta għal perjodu determinat, imma lokalità ta’ ħafna identitajiet u ismijiet; “ta’ Bur Mgħeż”\u003cspan class=\"pull\"\u003e,\u003c\/span\u003e“Tal-Isqof”\u003cspan class=\"pull\"\u003e,\u003c\/span\u003e “Tan-Naxxari”\u003cspan class=\"pull\"\u003e,\u003c\/span\u003e “ta’ Ċetta Pizzi”\u003cspan class=\"pull\"\u003e.\u003c\/span\u003e Mill-arkivji nazzjonali fl-isptarSantu Spirtu, fejn sibt l-ewwel konferma li la Tagliaferro u lanqas Zammit ma kienu qed iħarrfu. F’dawn l-arkivji, Bur Mgħeż jinqabad jissielet bejn il-portafoll ta’ proprjetajiet tal-Isqof, il-but tal-familja għonja u filantropika Tan-Naxxari, il-kittieb Alfons Maria Galea u protagonisti oħrajn li b’xi mod jew ieħor sabu mod kif idawru lira minnu. Insibu ’l-Bur Mgħeż ukoll fil-minuti tal-laqgħat tal-Valletta Museum li fihom l-għar-qabar jitħabbel fir-retorika tal-protezzjoni tal-wirt kulturali Malti. Insibuh ukoll fil-kaxxi tal-Mużew tal-Arkeoloġija ta’ Malta, fejn jistaħba fir-ritratti u bejn il-folji tan-noti tal-arkeologi Ingliżi Arthur Keith, George Sinclair u Arthur Evans. Hawn lil Bur Mgħeż insibuh kważi mistħi għax jintuża bħala arma kontra d-diskorsxjentifiku naïve tal-kolonji f’għajnejn il-professuri tekniċi Brittaniċi. Fl-istessmużew, narawh ukoll fil-materjalità assoluta tiegħu, fil-kaxxi mimlijin fuħħar, snien, għadam, u bebbux-buttuni. Imma narawh ukoll fir-repożitorji tan-Natural History Museum f’Londra, fejn l-iġsma ttieħdu u ndifnu fil-kxaxentax-xjentisti f’nofs is-seklu għoxrin, meta kien għadu jismu l-British Museum of Natural History.\u003c\/blockquote\u003e\n\u003cp\u003eKien hemm raġuni oħra għaliex dan kien żmien stramb għal Omar. Ommu kienet ilha tgħix bil-kanċer għaxar snin u għalkemm ir-riżultati tat-testijiet tad-demm ma kienu jindikaw xejn ħażin, “il-qalb teħber u l-għajn tifli”\u003cspan class=\"pull\"\u003e.\u003c\/span\u003e Kważi bla ma jaf kif, dar għall-istudju tal-ġebla tal-franka, tal-barrieri tal-Imqabba madwar Bur Mgħeż. “Kelli ritwal: xi mkien fil-foresta ta’ siġar twal u ta’ twerwir ġo rasi twebbilt li jekk ninżel l-Imqabba minn Ħal Lija bir-rota, forsi ommi kienet teħlisha. Ħsibijiet tal-fatati, naf. Imma l-mewt ma tersaqx lejha bir-raġunar, għax għada pitgħada tpattihielek bil-qares. Illum nifhem li l-ħsieb kien koerenti: il-bebbuxu jidħol imut fit-toqob tal-franka, il-bniedem ifittex il-bram, id-dagħbien u l-għerien biex jidfen lil niesu, u jien immur infittex il-qabar t’ommi.\u003cspan class=\"pullsemi\"\u003e”\u003cbr\u003e\u003c\/span\u003e\u003cspan\u003e\u003cbr\u003e\u003cmeta charset=\"UTF-8\"\u003e\n\u003cstrong\u003e\u003cspan class=\"sc\"\u003eisbn\u003c\/span\u003e 978-9918-9599-2-1\u003c\/strong\u003e\u003cbr\u003e\u003c\/span\u003e\u003cstrong\u003e208 pages\u003c\/strong\u003e\u003cbr\u003e\u003cstrong\u003esoft cover\u003c\/strong\u003e\u003c\/p\u003e","brand":"Aphroconfuso","offers":[{"title":"Default Title","offer_id":55053869482317,"sku":null,"price":20.0,"currency_code":"EUR","in_stock":true}],"thumbnail_url":"\/\/cdn.shopify.com\/s\/files\/1\/0374\/9730\/7268\/files\/Aphroconfuso_OmarNShea_Bur.png?v=1791985586","url":"https:\/\/il-lokal.com\/products\/bur-mghez-i-omar-nshea","provider":"il-lokal","version":"1.0","type":"link"}